Elezzjonijiet 2024 Kunsilli Lokali Lokali

KUNSILLI LOKALI: Il-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu kważi kullimkien

Il-Partit Nazzjonalista, fl-ewwel jum tal-għadd tal-voti b’rabta mal-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali, żied il-voti kważi f’kull lokalità. 

Id-distakk bejn il-Partiti fil-lokalitajiet tal-lum naqas bin-nofs, hekk kif minn 20,055 vot differenza, naqas għal 11,757. Jiġifieri differenza minn 28 għal 13-il siġġu.

Id-differenza fil-lokalitajiet kienet din: 

F’San Pawl il-Baħar, il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranza, il-Partit Laburista jitlef żewġ siġġijiet.

PN: 7

PL: 5

AD: 1

Fil-Mellieħa, il-Partit Nazzjonalista minn minoranza għal magġoranża fil-voti, il-Partit Laburista jitlef il-maġġoranza. Is-Sindku fil-Mellieħa għadu mhux deċiż.

PN: 4

PL: 4

Indipendenti: 1

F’Ħaż-Żebbuġ, il-Partit Laburista jitlef il-maġġoranza. 

PL: 4

PN: 3

Indipendenti: 2

F’Ħad-Dingli, il-Partit Nazzjonalista jżid siġġu. 

PL: 3

PN: 2

Fil-Qrendi, il-Partit Nazzjonalista jżid siġġu. 

PL: 3

PN: 2

Fiż-Żurrieq, il-Partit Nazzjonalista jżid siġġu.

PL: 6

PN: 3

F’Birżebbuġa, il-Partit Nazzjonalista jżid siġġu.

Fil-Fontana, il-Partit Nazzjonalista jġib il-maġġoranza mill-ġdid, kemm fil-voti u anki fis-siġġijiet.

PN: 3 

PL: 2

Dan filwaqt li fix-Xewkija, il-Partit Nazzjonalista jżid siġġu.

PN: 2 

PL: 3