Il-qawwiet Russi wettqu attakk ieħor fuq Kryvyi Rih, il-belt fejn trabba l-President Ukren Volodymyr Zelensky u li fih inqatlu aktar minn għaxra, bi 30 oħra jisfaw midruba.
Jidher ukoll li fost il-midruba hemm diversi tfal li kienu f’bini residenzjali li ntlaqtet direttament minn missila. Hemm anki diversi residenti rappurtati bħala nieqsa wara l-attakk.
L-iskwadri għall-emerġenzi, megħjuna mill-voluntiera, bħalissa qed ifittxu qalb it-tifrik għall-possibbiltà li xi residenti ntradmu ħajjin u meta fit-tfittxja qed jintużaw il-klieb imħarrġin għal dawn is-sitwazzjonijiet.
Il-Ministeru tad-Difiża f’Moska ma kkummentax dwar l-attakk, bil-President Zelensky, ftit tal-ħin ilu, jesprimi l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb tal-vittmi.
//= $special ?>