It-tmexxija l-ġdida ta’ Manchester United iddeċiedew li jagħtu ċans ieħor lill-kowċ Olandiż Erik Ten Hag wara li wassal lit-tim għar-rebħ tal-FA Cup fuq Manchester City.
It-tmexxija tal-klabb għamlet evalwazzjoni ta’ ġimagħtejn dwar il-ħidma ta’ Ten Hag fejn il-konklużjonijiet waslu biex Ten Hag ikun konfermat bħala kowċ.
Matul l-istaġun li għadda, Manchester United sofrew telfiet umiljanti fosthom telfa ta’ 4-0 kontra Crystal Palace u kienu wkoll viċin li jkunu eliminati fis-semifinali tal-FA Cup wara li rnexxielhom jegħlbu lil Coventry permezz tal-penalties.
It-tmexxija tal-klabb uriet ix-xewqa li Ten Hag iwettaq numru ta’ bidliet fl-iskwadra sabiex fl-istaġun li ġej il-klabb jerġa’ jkun wieħed kompetittiv.
//= $special ?>