Mil-lum se jkun qed jibda l-proċess tal-għadd tal-voti ta’ 23 lokalità sabiex diversi kandidati jieħdu s-siġġijiet tagħhom fil-Kunsilli Lokali.
Fis-2pm se jkunu qed jinfetħu l-kaxex ta’ numru ta’ lokalitajiet fejn hemmhekk se jibda l-proċess li kull polza ta’ vot tinqaleb wiċċha ‘l isfel. Imbagħad, għall-ħabta tal-4pm, l-AECs mistennija jibdew juru kull polza ta’ vot lill-aġenti tal-partiti.
Wara li jitlesta dan il-proċess ikun imiss li kull polza ta’ vot tgħaddi mill-iscanner u ftit wara l-4pm jibdew ħerġin l-ewwel riżultati ta’ għadd ta’ lokalitajiet li huma żgħar fil-popolazzjoni tagħhom.
L-ewwel riżultati mistennija jkunu dawk tal-Għasri u tal-Fontana hekk kif dawn għandhom biss kaxxa waħda u tnejn, rispettivament.
Din hi l-lista kollha ta’ lokalitajiet li se jibda l-proċess tagħhom illum stess:
- Fuq l-ewwel mejda: Birżebbuġa (14-il kaxxa)
- Fuq it-tieni medja: San Ġiljan (14-il kaxxa)
- Fuq it-tielet mejda: Ħal Tarxien (13-il kaxxa) u Iklin (6 kaxxi)
- Fuq ir-raba’ mejda: Iż-Żurrieq (18-il kaxxa)
- Fuq il-ħames mejda: San Pawl il-Baħar (26 kaxxa)
- Fuq is-sitt mejda: Pembroke (6 kaxxi) u Ta’ Xbiex (3 kaxxi)
- Fuq is-seba’ mejda: Santa Venera (12-il kaxxa) u Għajnsielem (6 kaxxi)
- Fuq it-tmien mejda: Il-Mellieħa (16-il kaxxa)
- Fuq id-disa’ mejda: Iż-Żejtun (17-il kaxxa) u L-Imqabba (5 kaxxi)
- Fuq l-għaxar mejda: Il-Belt Valletta (11-il kaxxa) u l-Qrendi (5 kaxxi)
- Fuq il-ħdax-il medja: Ħaż-Żebbuġ (20 kaxxa) u n-Nadur (8 kaxxi)
- Fuq it-tnax-il mejda: Il-Marsa (8 kaxxi), il-Fontana (2 kaxxi) u Ħal Balzan (7 kaxxi)
- Fuq it-tlettax-il mejda: Ħad-Dingli (6 kaxxi), l-Għasri (kaxxa), u x-Xewkija (6 kaxxi)