Futbol Sport

Thiago Motta maħtur kowċ ta’ Juventus

(Ritratt: EPA)

Juventus ħabbru b’mod uffiċjali lill-kowċ il-ġdid tagħhom, lit-Taljan Thiago Motta. Hu se jkun qed jieħu post Massimiliano Allegri li tkeċċa ftit jiem qabel l-aħħar partita tal-istaġun.

Motta ffirma sal-2027, bil-kowċ ta’ 41 fl-istaġun li għadda rnexxielu jwassal lil Bologna biex jiksbu post fil-UEFA Champions League. Motta qal li jinsab kuntent ferm li se jkun qed imexxi lil Juventus.

L-eks plejer internazzjonali tal-Italja lagħab għal Inter fost l-oħrajn kif ukoll ma’ Barcelona u PSG. Juventus se jkun ir-raba’ klabb tal-karriera tiegħu bħala kowċ wara li mexxa wkoll lil Genoa, Spezia u Bologna.