Sliema Frank Salt bdew l-impenji tagħhom fi Grupp B b’rebħa tajba fuq Sirens. Minkejja li l-logħba kienet interessanti, Sliema kien jimmeritahom ir-rebħa għaliex dejjem kienu pass qabel l-avversarji. Takis Dimou għal Sliema u Daniil Merkulov għal Sirens it-tnejn għamlu d-debutt u ma ddiżappuntawx.
Sliema bnew vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni sakemm gowl ta’ Isaiah Riolo u Matthew Sciberras kmieni fit-tieni sessjoni, ġabu d-draw. Sliema marru 5-3 minn fuq iżda Merkulov annulla d-distakk b’doppjetta fl-aħħar żewġ minuti.
It-tim ta’ Giannis Katrouzanakis bena d-distakk li bih l-avversarji ma setgħux jirkupraw b’ħames gowls konsekuttivi sa nofs it-tielet sessjoni għal vantaġġ ta’ 10-5. Fl-aħħar sessjoni huma amministraw il-vantaġġ hekk kif qatt ma ħallew lil Sirens iniżżlu d-distakk anqas minn ħames gowls.
Valletta Izibet żammew mal-aspettattiva b’rebħa komda fuq Ta’ Xbiex Amigos. Għalihom spikka Ivan Nagaev li kien qed jirritorna wara li lagħab magħhom fis-sajf li għadda. Il-Beltin bnew vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni iżda Ta’ Xbiex irkupraw l-iżvantaġġ fl-aħħar parti tas-sessjoni. Ta’ Xbiex saħansitra kienu 4-3 minn fuq sa nofs it-tieni sessjoni iżda Valletta dawru r-riżultat u daħlu jistrieħu 7-4.
Il-vantaġġ kiber għal 9-4 sakemm Ta’ Xbiex naqqsu d-distakk għal żewġ gowls biss. Kienu doppjetti minn Max Zammit fl-aħħar tat-tielet sessjoni u Ivan Nagaev fil-bidu tal-aħħar sessjoni li kabbru l-vantaġġ għal 13-7 u aċċertaw it-tliet punti għal Valletta. Minn hemm huma komplew jikkontrollaw sat-tmiem.
Marsaxlokk MFF kisbu tliet punti importanti b’rebħa diretta kontra Exiles Welbee’s. It-tieni sessjoni kienet determinanti hekk kif wara vantaġġ ta’ 4-2 fl-ewwel sessjoni, Marsaxlokk skorjaw ħames gowls mingħajr risposta minn ħames plejers differenti għal distakk ta’ 9-2.
Minħabba din id-differenza, il-logħba ħadet żvolta, bix-Xlukkajri jżommu vantaġġ komdu hekk kif il-gowls ta’ Drasko Gogov xorta ma għamlux differenza. Kienu biss erba’ gowls fl-aħħar parti tal-logħba li għamlu d-distakk ftit rispettabbli.
VALLETTA IZIBET………….. 16
TA’ XBIEX AMIGOS……….. 10
(2-2), (5-2), (4-3), (5-3)
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (3), J. Sciberras (2), S. Busuttil, K. Borg, M. Zammit (3), I. Nagaev (7), S. Micallef (1), A. Agius, K. Cremona, A. Bugeja, C. Mercieca
Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia (2), V. Figliomeni, A. Camenzuli (1), F. Scardino, M. Jelaca (3), J. Saliba, G. Gatt, M. Soler (1), J. Culic (2), Z. Bartolo, P. Tabone, A. Theuma, T. Fenech (1)
Referees: Valerio Volpini, Stefan Licari
EXILES WELBEE’S………… 13
MARSAXLOKK MFF………18
(2-4), (0-5), (6-5), (5-4)
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari (1), Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci, S. Cutajar (1), D. Gogov (10), K. Griscti (1), N. Paris, N. Bonavia, M. Fenech, N. Saliba, G. Galea Curmi, M. Paris Roding
Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (1), A. Cook, B. Zammit, T. Agius (1), J. Valletta (2), R. Spiteri (1), J. Pawley, R. Galea (4), J. Borg Tabone (1), D. Vasic (6), R. Attard (1), A. Fava, S. Mifsud (1)
Referees: Alessandro Naccari, Richard Magri
SLIEMA FRANK SALT…… 16
SIRENS…………………………. 10
(3-2), (2-3), (7-2), (4-3)
Sliema: N. Grixti, Z. Mizzi (1), L. Galea (2), J. Gambin, E. Schembri (1), B. Cachia, J. Cutajar (3), D. Rizzo, J. Brownrigg, A. Galea (3), T. Dimou (4), D. Zammit (1), M. Castillo, J. Cassar (1)
Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino, K. Erdogan, P. Borg, J. Cachia, K. Agius, D. Merkulov (4), I. Riolo (2), J. Zerafa Gregory (1), G. Farrugia (1), M. Sciberras, M. Azzopardi (1), J. Parnis, M. Ortoleva (1)
Referees: Valerio Volpani, Ronnie Spiteri
Fażi Preliminari Grupp A
Għada: Ta’ Xbiex v San Ġiljan 6.00pm
Is-Sibt: Birżebbuġa v Valletta 5.30pm, Barracudas v Marsaskala 8.00pm
Klassifika wara l-ewwel ġurnata: San Ġiljan, Birżebbuġa u Valletta 3 punti, Marsaskala, Ta’ Xbiex u Barracudas mingħajr punt
Fażi Preliminari Grupp B
Għada: Sirens v Otters 7.15pm, Marsaxlokk v Sliema 8.30pm
Is-Sibt: Neptunes v Exiles 6.45pm
Klassifika wara l-ewwel ġurnata: Neptunes, Sliema, Marsaxlokk 3 punti, Exiles, Sirens u Otters 0 punti
//= $special ?>