L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ċċelebra tragward storiku f’Mejju, hekk kif il-movimenti tal-passiġġieri qabżu t-800,000 għall-ewwel darba f’dan ix-xahar fl-istorja tal-ajruport.
Din hija żieda ta’ 18.2 fil-mija fuq Mejju tas-sena li għaddiet.
L-MIA fi stqarrija qal li kien hemm żieda ta’ 13.8% fl-għadd ta’ titjiriet, kif ukoll tkabbir ta’ 14.1% fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet.
L-akbar swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta baqgħu l-Italja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja, li flimkien kienu responsabbli għal ftit aktar minn ħamsin fil-mija tat-total tat-traffiku li għadda mill-ajruport.
Franza u l-Polonja kienu r-raba’ u l-ħames l-aktar swieq importanti għall-ajruport.
London Gatwick huwa l-iktar ajruport popolari fil-lista, b’aktar minn 48,000 moviment ta’ passiġġier f’Mejju biss.
//= $special ?>