Lokali

Anzjan ta’ 89 sena fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn karozza fin-Naxxar

Raġel ta’ 89 sena jinsab jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Il-każ seħħ illum, għal xi s-06:15am, fi Triq Pjazza Vittorja, meta għal xi raġuni raġel ta’ 89 sena
residenti n-Naxxar, intlaqat minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 31 sena
residenti l-Mosta.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie
ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġistrat Philip Galea Farruġia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.