Ninsabu ftit sigħat bogħod mill-ewwel partita tal-EURO 2024 bejn il-pajjiż ospitu l-Ġermanja u l-Iskozja minn Grupp A.
Kollox jidher li se jkun turnament ieħor interessanti u xi sorpriżi wkoll mhux se jonqsu. Fost il-favoriti li jirbħu din l-edizzjoni, l-Ingilttera, Franza u l-Portugall, bl-ospiti l-Ġermanja u anke Spanja jistgħu jitqiesu bħala ftit anqas favoriti.
Intant, is-Sibt jidħu fl-azzjoni l-Italja li jilagħbu kontra l-Albanija filwaqt li l-Ingilterra jilagħbu l-ewwel partita tagħhom il-Ħadd kontra s-Serbja, partita li mistenni jkun hemm sigurtà kbira minħabba ż-żewġ settijiet ta’ partitarji.
//= $special ?>