Tmexxija Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar. Il-Labour jitlef il-maġġoranza f’Ħaż-Żebbuġ u l-Mellieħa. Il-PN iżid siġġu f’Ħad-Dingli, ix-Xewkija, il-Qrendi, u ż-Żurrieq.
Wara dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali… f’San Pawl il-Baħar, ġie elett Censu Galea bħala Sindku Nazzjonalista.
Eletti wkoll f’isem il-PN f’San Pawl il-Baħar Alexander Agius, Antoinette Bezzina, Anne Marie Fenech, Sandra Smart Costantino, Chris Vella Petroni u Rachel Williams.
F’isem il-Partit Laburista ġew eletti Joseph Attard, Alan Bugeja, Daryl Connor, Alfred Grima u Clevion Micallef. U f’isem l-ADPD ġiet eletta Sandra Gauci.
Fil-Mellieħa, f’isem il-PN, eletti Emvin Bartolo, Corinne Castillo, Loridana Darmanin u Gabriel Micallef.
Eletti f’isem il-Partit Laburista Rebecca Bartolo Cutajar, John Buttigieg, Kurt Buttigieg u Jude Cauchi. Fil-Mellieħa, ġie elett ukoll il-kandidat indipendenti Matthew Borg Cuschieri – u huwa għalhekk li għadu ma ġiex deċiż min se jkun Sindku tal-Mellieħa.
F’Ħaż-Żebbuġ, f’isem il-PN eletti Mario Attard, George Cortis u Paul Mazzola. F’isem il-Partit Laburista ġew eletti Joseph Agius, Paul Baldacchino, Godwin Grech u Aryton Mizzi. Dan filwaqt li ġew eletti wkoll il-kandidati indipendenti Lilibeth Zammit Lupi u Steve Zammit Lupi.
F’Pembroke f’isem il-PN eletti Therise Abela u Charles Cesare. F’isem il-Partit Laburista eletti Adrian Ellul, Raymond Lanzon u Kaylon Zammit.
F’Ta’ Xbiex il-kandidati eletti f’isem il-PN huma Louise Cachia Castelletti u Eugenio Muscat. F’isem il-PL eletti Sarah Borg, Ronnie Portelli u Max Zammit.
F’Birżebbuġa f’isem il-PN eletti Johann Borg, Darren Mark Debono u Karel Zahra. F’isem il-Partit Laburista eletti Ivan Abela Grech, Josette Busuttil, Scott Camilleri, Alexander Caruana, Maria Mifsud u Rohasia Zammit.
F’San Ġiljan f’isem il-PN ġew eletti Gabriel Carl Borg Ferrando, Patricia Camilleri, Guido Dalli, Rita Dimech Portelli, Sean Gauci u Victor Vella. F’isem il-Partit Laburista eletti Mario Amaira, David Caruana, Carlo Mifsud. Guido Dalli se jkun mill-ġdid Sindku tal-lokalità.
F’Ħal Tarxien il-kandidati eletti f’isem il-PN huma Anabelle Marmara u Glenn Gerald Urry. F’isem il-Partit Laburista eletti Joseph Abela Galea, Dasier D’Amato, Nicole Farrugia, Neil Portelli u Darlene Vella.
Fl-Iklin f’isem il-Partit Nazzjonalista eletti Yvonne Bartolo, Mary Grace Gusman u Dorian Sciberras. F’isem il-Partit Laburista eletti Mario Fenech u Matthew Fenech.
Fiż-Żurrieq il-kandidati eletti f’isem il-PN huma Dino Bonnici, Kyle Mifsud u Marylyn Sammut. F’isem il-Partit Laburista eletti Jemery Coleiro, Marisa D’Amato, Natius Farrugia, Kenneth Farrugia, Rita Grima, Daniel Michael Muscat.
F’Santa Venera f’isem il-PN eletti Karl Carabott, Robert Adriana Sultana, Joseph Vella. F’isem il-Partit Laburista eletti Gianluca Falzon, Darren Grech, Stephen Sultana u Silvio Vella.
F’Għajnsielem il-kunsillieri f’isem il-PN huma Kevin Cauchi, Joseph Debono, Stephen Mercieca u Teddy Saliba. U f’isem il-Partit Laburista elett il-kandidat Larry Buttigieg. Kevin Cauchi ġie konfermat bħala Sindku.
Fiż-Żejtun f’isem il-PN eletti Enya Abela u Roderick Caruana. F’isem il-Partit Laburista eletti Joan Agius, Anthony Aquilina, Christian Attard, Dorcas Camilleri, Raymond Caruana, Luke Doublet u Ivan Giardina.
Fl-Imqabba l-kunsillieri f’isem il-PN se jkunu Noel Galea u Owen Sciberras. F’isem il-Partit Laburista eletti Jonathan Dingli, Patrick Ghigo u Grace Marie Zerafa.
Fil-Belt Valletta f’isem il-PN eletti Roberta Bonello, Vincent Fabri u Ylenia Montfort. F’isem il-Partit Laburista eletti Raymond Azzopardi, Daniel Diacono, Olaf Mc Kay u Alfred Zammit.
Fil-Qrendi f’isem il-PN eletti Nina Briffa u Karmenu Vella. F’isem il-Partit Laburista eletti Marion Parnis, Anthea Sacco u David Michael Schembri.
Fin-Nadur Għawdex il-kunsillieri eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista huma Eucharist Camilleri, Kevin Curmi u Edward Said. F’isem il-Partit Laburista eletti Corey Cardona u Rebecca Vella. Dan ifisser li Edward Said se jkun mill-ġdid is-Sindku tan-Nadur.
Fil-Marsa eletta f’isem il-PN Gloria Aquilina. F’isem il-Partit Laburista eletti Josef Azzopardi, Joseph Cachia, Luke Farrugia, Anthony Meilak, Joseph Scerri u Dominic Spencer.
Fil-Fontana f’isem il-PN eletti Joseph Mercieca, Ivana Mizzi u Thomas Mizzi. F’isem il-Partit Laburista eletti Carmelo Micallef u Horace Micallef. Dan ifisser li ż-żagħżugħ Thomas Mizzi se jkun is-Sindku l-ġdid.
F’Ħal Balzan f’isem il-PN eletti Mary Louise Briffa, Annalise Galea, Edward Grech u Angelo Micallef. F’isem il-Partit Laburista elett Oliver Nicholas De Gaetano.
F’Ħad-Dingli f’isem il-PN eletti Jean Paul Barbara u Jean-Toin Magri. F’isem il-Partit Laburista eletti Miguel Abela, Raymond Schembri u Ryan Tanti.
Fl-Għasri l-kunsillieri eletti f’isem il-PN huma David Felice Pace u Emanuel Mintoff. F’isem il-Partit Laburista eletti Daniel Attard, Elizabeth Mintoff u Sammy Saliba.
Finalment il-kunsillieri eletti f’isem il-PN fix-Xewkija huma Jeanelle Attard u Josef Charles Hili. F’isem il-Partit Laburista eletti Paul Azzopardi, Simona Refalo u George Zammit.
//= $special ?>