Illum jitkompla l-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Il-lokalitajiet li se jkunu qed jingħaddew illum waranofsinhar jammontaw għall-21 lokalità. Dawn hima l-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, ir-Rabat Malta, Birkirkara, il-Gudja, Ħal Lija, ir-Rabat Għawdex, Marsaxlokk, l-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, l-Imġarr, Raħal Ġdid, Ħal Għaxaq, l-Għarb, Bormla, ix-Xagħra, Ta’ Sannat u Tal-Pieta
Fl-għadd tal-voti li sar ilbieraħ, il-Partit Nazzjonalista kiseb il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar mill-ġdid filwaqt li kiseb siġġu fil-lokalitajiet tal-Qrendi, iż-Żurrieq, Ħad-Dingli, Birżebbuġa u x-Xewkija, filwaqt li kiseb il-maġġoranza tal-voti fil-Mellieħa u l-Fontana Għawdex.
//= $special ?>