Elezzjonijiet 2024 Kunsilli Lokali Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jaqleb il-maġġoranza f’San Ġwann – vot b’saħħtu għall-PN f’Birkirkara

Ċifri li kiseb Net News juru li l-Partit Nazzjonalista kompla jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu f’kull lokalità madwar Malta u Għawdex.

Mill-aħħar indikazzjonijiet jidher li l-Partit Nazzjonalista kiseb il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann b’55% tal-voti u żieda ta’ 5.6% tal-voti metqa mqabbel mal-2019.

Il-PN żied il-voti fost l-oħrajn fil-Gudja, Marsaxlokk, l-Kalkara u Tas-Sliema.

F’Ħal Lija, il-PN kiseb tliet kwarti tal-voti li inxteħtu – tant li żamm il-maġġoranza, u żied siġġu. Anke fil-Gudja, il-PN żied l-ammont ta’ voti.

F’Birkirkara, il-PN qabeż lill-PL fl-ammont ta’ voti li intefgħu bħala l-ewwel preferenza. Hawn, il-PN żied madwar 5.3%.

Il-PN rebaħ maġġoranza fir-Rabat Għawdex. Is-Sindku l-ġdid se jkun Brian Azzopardi.

Fl-Imsida, il-PN żied il-voti b’4.5%.

Ix-xejra ta’ tnaqqis għall-PL kompliet anke fl-Imġarr, fejn hemmhekk il-Labour naqqas mad-9%. Anke fil-Fgura, il-Labour naqqas 4% u f’Ħal Għaxaq naqqas 4.7% – kollha voti li marru fuq il-kandidati tal-PN.

F’Marsaskala, il-Labour naqqas kważi 8%.

Fl-Għarb, il-Labour naqqas 14.8% – tnaqqis drastiku li l-maġġoranza tiegħu mar fuq il-kandidati indipendenti. Fil-fatt, dan il-Kunsill Għawdxi se jkollu mill-ġdid tmexxija indipendenti.

F’Ta’ Sannat, il-Partit Laburista żamm il-Kunsill Lokali.

Intant, f’Tal-Pietà jidher li l-Partit Nazzjonalista żied bi 11.4% tal-voti filwaqt li l-Partit Laburista naqas bi 17.4% u l-Indipendenti żdiedu b’6%.

L-indikazzjonijiet qed juru li f’Raħal Ġdid dak li l-Partit Laburista tilef, ċioè 4.7% gwadanjah il-Partit Nazzjonalista b’4.7%