Pass pass mal-proċess tal-għadd tal-voti fin-Naxxar
Ix-Xagħra Għawdex: Jidher illi f’din il-lokalità il-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu b’13.6% filwaqt li l-Partit Laburista naqqas l-appoġġ tiegħu b’14.1%. Intant, il-Partit Laburista se jkun qed iżomm il-maġġoranza tiegħu.
L-Imsida: L-ewwel indikazzjonijiet juru illi l-PN żied il-voti tiegħu b’4.5%.
Ir-Rabat Għawdex: Jidher illi l-Partit Nazzjonalista kiseb 56% u b’hekk għandu il-maġġoranza tal-voti, fir-Rabat Għawdex, u għalhekk ġie elett sindku ġdid ta’ din il-lokalità Ryan Azzopardi. Huwa għalhekk illi l-Partit Nazzjonalista għandu 4 siġġijiet minn 7 siġġijiet.
Marsaskala: L-indikazzjonijiet f’din il-lokalità qed juru illi l-PN żied bil-voti tiegħu ta’ 6.8%, filwaqt li l-Partit Laburista naqqas b’madwar 8% tal-voti.
Ħal Għaxaq: F’din il-lokalità jidher illi l-Partit Nazzjonalista gwadanja 4.7% għad-dannu tal-Partit Laburista illi naqqas il-voti tiegħu b’4.7%. Bil-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza f’din il-lokalità.
Fgura: L-ewwel indikazzjonijiet juru illi l-Partit Nazzjonalista żied fl-appoġġ tiegħu b’5.1%. Bil-Partit Laburista jonqos fil-voti tiegħu b’madwar 4%.
L-Mġarr: Indikazzjonijiet qed juru illi l-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu b’1.5% filwaqt li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’9.5%. Dan filwaqt li l-indipendenti żiedu b’8% tal-voti f’din il-lokalità.
Birkirkara: L-ewwel indikazzjonijiet qed juru illi l-Partit Nazzjonalista żied il-voti b’5.3%, filwaqt li l-Partit Laburista naqas fil-voti tiegħu b’10.2%. L-indipendenti kisbu 9% tal-voti.
Marsaxlokk: L-ewwel indikazzjonijiet qed juru illi f’din il-lokalità, il-PN żied il-voti tiegħu bi 11.4% filwaqt li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’16.4%. Kienu l-kandidati indipendenti li żiedu b’madwar 5% tal-voti.
Tas-Sliema: Il-Partit Nazzjonalista jżid il-voti tiegħu b’7.3% f’din il-lokalità. Bil-Partit Laburista inaqqas il-voti tiegħu b’5.3%.
Gudja: Indikazzjonijiet qed juru illi il-Partit Nazzjonalista qed jara żieda ta’ 6.6% fil-voti.
Kalkara: L-indikazzjonijiet qed juru illi l-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu b’8.6%
Pietà: Din il-lokalità tibqa’ b’maġġoranza Laburista.
Ħal Lija: L-indikazzjonijiet qed juru illi l-Partit Nazzjonalista kiseb kważi tliet kwarti tal-voti mitfugħa għal-lokalità ta’ Ħal Lija, bir-riżultat li l-Partit Nazzjonalista jikseb siġġu ieħor fil-kunsill. Anthony Dalli ikun ikkonfermat sindku f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Is-Sannat: Il-Partit Laburista jżomm il-maġġoranza f’din il-lokalità.
Għarb: Il-proċess tal-għadd tal-voti huwa magħluq f’din il-lokalità. Huwa magħruf illi l-kandidati indipendenti huma dawk li kisbu l-aktar voti f’din il-lokalità. Bl-ewwel indikazzjonijiet juru illi l-Partit Nazzjonalista żied il-voti tiegħu b’0.7%.
Kien il-Partit Laburista li ra tnaqqis ta’ 14.8% – voti li marru għand il-kandidati indipendenti.
Bħalissa l-voti qed jiġu mdawwra wiċċhom ‘il fuq sabiex jintwerew lill-aġenti tal-partiti, filwaqt li jiġu sseparati l-voti validi minn dawk dubjużi, fejn mbagħad jgħaddu għall-proċess ta’ scanning.
Aktar kmieni
Il-proċess li għaddej bħalissa fl-għadd tal-voti ta’ grupp ieħor ta’ lokalitajiet li jridu jeleġġu r-rappreżentanti fil-Kunsill Lokali huwa dak fejn il-voti jitpoġġew fuq l-imwejjed mill-kaxxi rispettivi tagħhom, sabiex jitpoġġew rashom ‘l isfel.
Ftit tal-minuti ilu ngħata bidu għall-proċess tal-għadd tal-voti ta’ 21 lokalità oħra f’pajjiżna.
Propju llum fit-tieni ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali, se jkun qed isir l-għadd ta’ dawn il-lokalitajiet:
Il-Fgura, Marsaskala, Tas-Sliema, ir-Rabat Malta, Birkirkara, il-Gudja, Ħal Lija, ir-Rabat Għawdex, Marsaxlokk, l-Imsida, il-Kalkara, Ħaż-Żabbar, San Ġwann, l-Imġarr Malta, Raħal Ġdid, Ħal Għaxaq, l-Għarb, Bormla, ix-Xagħra, Ta’ Sannat u Tal-Pietà.
//= $special ?>