Il-ġlieda interna fil-Labour qed tkompli wara li fl-elezzjonijiet Ewropej tilef siġġu, u wara li kważi sparixxa kompletament il-famuż distakk li kien ilu jgwadi minn żmien Joseph Muscat. Esponenti ewlenin jispiċċaw iduru għal xulxin u jitfgħu t-tort wieħed fuq l-ieħor.
Fost l-aktar persuni li jinsabu fil-mira hemm id-deputat Randolph Debattista, li huwa wkoll is-CEO tal-Partit Laburista.
L-attivist Neville Gafà reġa’ nfexx għall-Facebook sabiex jattakka lil Debattista.
Mingħajr ma semma’ ismu, Gafà alluda għal Randolph Debattisa billi semma’ nies “tal-istess familja” – b’referenza għas-CEO tal-Partit Laburista u l-Eks MEP Laburista Cyrus Enegerer.
“Kif qatt jista’ l-Partit jibqa’ miexi ‘l quddiem meta jkollok membri tal-istess familja, wieħed b’kariga għolja fil-Partit, u l-partner jitkellem pubblikament kontra l-istess partit tal-partner tiegħu!”
//= $special ?>