Lokali

Tifel ta’ 8 snin jintlaqat minn vettura f’San Pawl il-Baħar

Tifel ta’ 8 snin kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn vettura f’San Pawl il-Baħar.

Il-każ seħħ fi Triq it-Tamar għall-ħabta tas-sitta tal-Erbgħa filgħaxija, meta mill-ewwel indikazzjonijiet tifel, mill-Bożnja Herzegovina, intlaqat minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 29 sena mill-Maċedonja residenti San Pawl il-Baħar.

Fil-post ġew imsejħa minnufih uffiċjali tal-Pulizija u tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lit-tfajjel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.