Se nibqgħu naħdmu b’responsabbiltà għaliex irridu ntejbu l-ħajja tan-nies.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta żar is-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista qed jissaħħaħ u l-poplu Malti u Għawdxi qed jafda lill-PN billi jagħtih il-maġġoranza f’numru ta’ lokalitajiet.
Bernard Grech qal li jidher ċar li l-messaġġ tal-poplu fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew issa qed ikompli wkoll fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, u dan qed ifisser li l-PN qed iżid il-voti f’diversi lokalitajiet. Hu qal li dawn iż-żidiet tal-Partit Nazzjonalista meta mqabbla mat-tnaqqis tal-Partit Laburista jkomplu juru x-xejriea tal-poplu li għażla li jinfatam mill-politika tal-PR u li mhijiex ta’ servizz tal-Partit Laburista u minflok qed jagħżel il-politika tal-PN dik li jkun aktar qrib tan-nies u li tgħin lill-persuna.
Il-Kap tal-PN semma x-xogħol kbir li sar ukoll mill-kandidati kemm minn dawk bl-esperjenza kif ukoll dawk ġodda u semma wkoll il-kuntatt dirett man-nies u l-programm elettorali li kellu l-Partit Nazzjonalista għal kull lokalità, li bih il-PN wera biċ-ċar li jrid jagħmel id-differenza.
Filwaqt li wera sodisfazzjon li l-PN kiseb il-maġġoranza fil-lokalitajiet ta’ San Ġwann u l-Imsida, Bernard Grech qal li din tfisser ukoll aktar responsabbiltajiet għall-kunsillieri tal-PN, li se jagħtu tmexxija tajba u b’saħħitha f’dawn il-lokalitajiet b’rispett lejn ir-residenti kollha.
//= $special ?>