Żewġ irġiel sofrew ġrieħi gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ iż-Żurrieq.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-14:15 fi Vjal l-Indipendenza, meta għal xi raġuni seħħet ħabta
bejn Opel Combo misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi u Nissan E-NV200 misjuqa
minn raġel ta’ 38 sena u joqgħod Birkirkara. Fl-Opel, kien hemm ukoll Indjan ta’ 45 sena
residenti ż-Żurrieq.
L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u t-tnejn li kienu fl-Opel ittieħdu l-Isptar Mater
Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu
gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>