Sport Waterpolo

Faċli għal San Ġiljan u Sliema … Sirens jitħabtu ftit iktar għat-tliet punti

(Ritratt: Joseph Galea)

San Ġiljan JP Projects komplew bit-triq tar-rebħ b’rebħa oħra faċli kontra Ta’ Xbiex Amigos. Il-Ġiljaniżi kif mistenni dejjem kellhom il-kontroll tal-logħba u qatt ma kienu fi żvantaġġ. Fl-ewwel sessjoni, il-ħames gowls waslu minn ħames plejers differenti iżda fit-tieni sessjoni spikka Nikolai Zammit bi tripletta fl-aħħar żewġ minuti tas-sessjoni.

In-numru 10 ta’ San Ġiljan kompla jkabbar id-distakk għal 15-3 sa nofs it-tielet sessjoni b’erba’ gowls oħra. Ir-rotazzjoni fit-tim Ġiljaniż kompliet iżda d-distakk baqa’ jiżdied. Nikolai Zammit baqa’ jkun letali quddiem il-lasta u flimkien ma’ Matthew Zammit skorjaw ħamsa mis-sitt gowls ta’ San Ġiljan fl-aħħar sessjoni.

Rebħa wkoll għal Sirens fuq Otters Nivea. Minkejja li dejjem kellhom il-kontroll tal-logħba, Sirens damu ftit aktar milli mistenni biex aċċertaw mit-tliet punti. Id-doppjetta ta’ Petar Smiljevic ikkanċellat il-vantaġġ bikri ta’ Sirens sakemm doppjetta ta’ Merkulov fl-aħħar minuta tal-ewwel sessjoni żammet id-distakk doppju.

Jerome Zerafa Gregory spikka fit-tieni sessjoni bi tripletta iżda Otters xorta baqgħu qrib l-avversarji b’doppjetta taż-żagħżugħ Luigi Dimech u gowl lejn it-tmiem ta’ Smiljevic biex naqqsu d-distakk għal 8-6. Sirens inqatgħu minn mal-avversarji fit-tieni parti tat-tielet sessjoni u kkontrollaw l-aħħar sessjoni.

Sliema Frank Salt ukoll ftit tħabtu biex kisbu t-tliet punti kontra Marsaxlokk MFF. Doppjetta ta’ Liam Galea u gowls minn Jayden Cutajar u Elijah Schembri taw vantaġġ ta’ 4-0 kmieni fil-logħba. Tul it-tieni sessjoni d-distakk kompla jikber u b’ħames gowls konsekuttivi, Sliema kabbru l-vantaġġ għal 12-2.

Bejn l-aħħar mumenti tat-tieni sessjoni u l-bidu tat-tielet sessjoni, Marsaxlokk naqqsu d-distakk għal 12-5 u tul it-tielet sessjoni pruvaw jillimitaw id-danni. L-andament tal-logħba ma nbidilx tul l-aħħar sessjoni b’Dino Zammit spikka b’doppjetta.

TA’ XBIEX AMIGOS……………… 7

SAN ĠILJAN JP PROJECTS… 21

(1-5), (1-6), (3-5), (2-6)

Ta’ Xbiex: J. Micallef, J. Farrugia, V. Figliomeni (1), A. Camenzuli, F. Scardino (1), M. Jelaca (3), J. Saliba (1), G. Gatt, M. Soler, J. Culic (1), Z. Bartolo, P. Tabone, A. Theuma, T. Fenech

San Ġiljan: J. Tanti, N. Bugelli (2), D. Tully, G. Bonavia (1), R. Caruana, M. Zammit (4), J. Bonavia (1), B. Plumpton (1), J. Abela (2), N. Zammit (10), J. Zammit, N. Schiavone (1), G. Borg, S. van Wyk

Referees: Tiziano Petrini, Richard Magri

SIRENS…………………………… 17

OTTERS NIVEA………………. 11

(4-2), (4-4), (6-3), (3-2)

Sirens: M. Bonello DuPuis, P. Serracino, K. Erdogan, P. Borg, J. Cachia (1), K. Agius (3), D. Merkulov (6), I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory (2), G. Farrugia (1), M. Sciberras, M. Azzopardi (2), J. Chircop (1), M. Ortoleva

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna (1), T. Milne, M. Meli (2), D. Dimech, I. Azzopardi, D. Camilleri, L. Dimech (3), P. Smiljevic (5), M. Farrugia, A. Dimech, M. Grech, A. Azzopardi

Referees: Alessandro Chimenti, Stefan Licari

MARSAXLOKK MFF………….. 12

SLIEMA FRANK SALT……….. 21

(1-6), (3-6), (5-5), (3-4)

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (3), A. Cook, A. Aquilina, T. Agius, J. Valletta (1), R. Spiteri (1), J. Pawley, B. Lewis, J. Borg Tabone, D. Vasic (5), R. Attard (1), A. Fava, S. Mifsud (1)

Sliema: M. Castillo, Z. Mizzi (1), L. Galea (5), J. Gambin (1), E. Schembri (2), B. Cachia, J. Cutajar (2), D. Rizzo (1), J. Brownrigg (1), A. Galea (1), S. Engerer (1), D. Zammit (5), J. Cassar (1)

Referees: Tiziano Petrini, Alex de Raffaele

Logħob għal-lum

Grupp A: Birżebbuġa v Valletta 6.00pm, Barracudas v Marsaskala 8.30pm

Grupp B: Neptunes v Exiles 7.15pm