Futbol Sport

Hummels se jħalli lil Borussia Dortmund

Id-difensur ċentrali tal-Ġermanja Mats Hummels mhux se jibqa’ ma’ Borussia Dortmund minħabba li mhux se jkollu l-kuntratt imġedded. Hummels lagħab total ta’ 13-il sena ma’ Dortmund f’żewġ esperjenzi, rebaħ il-Bundesliga u d-DFB Pokal darbtejn filwaqt li tilef darbtejn il-finali tal-UEFA Champions League.

Hummels li għandu 35 sena, għadu ma kkonfermax fejn se jkun qed ikompli l-karriera. Hu ngħaqad ma’ Borussia Dortmund għall-ewwel darba fl-istaġun 2007/08. Il-Ġermaniż ingħaqad ma’ Bayern Munich fl-2016 għal tliet staġuni qabel reġa’ ssieħeb lil Dortmund fl-2019.

Mat-tim nazzjonali, Hummels lagħab 78 logħba u rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-2014 iżda tħalla barra mill-kowċ nazzjonali Julian Nagelsmann għal din l-edizzjoni tal-Kampjonat Ewropew.

Tags