Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet Malta llum waranofsinhar għas-Summit dwar il-Paċi fl-Ukrajna li ser isir fl-Iżvizzera.
Is-Summit ta’ jumejn ser jiffoka fuq l-elementi prattiċi u l-passi għal proċess ta’ paċi.
Waqt li l-President Spiteri Debono ser tkun impenjata fl-Iżvizzera, Francis Zammit Dimech ser iservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Il-President Myriam Spiteri Debono tiġi lura Malta nhar it-Tnejn 17 ta’ Ġunju 2024.
//= $special ?>