Elezzjonijiet 2024 Kunsilli Lokali Lokali

Illum l-aħħar jum tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali – s’issa, il-Partit Laburista tilef 11,000 vot

It-tielet jum tal-għadd tal-voti

Illum jitkompla l-għadd tal-voti tal-kunsilli lokali f’numru ta’ lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Il-lokalitajiet li se jkunu qed jingħaddew illum waranofsinhar jammontaw għall-23 lokalità. Dawn huma Swieqi, Attard, Ħal Qormi, Naxxar, Mosta, Santa Luċija, Floriana, Ħal Luqa, Isla, Ħamrun, Għargħur, Gżira, Ħal Kirkop, Siġġiewi, Imtarfa, San Lawrenz, Xgħajra, Ħal Safi, Munxar, Birgu, Qala, Kerċem u Żebbuġ Għawdex.

Fl-għadd tal-voti li sar ilbieraħ, il-Partit Nazzjonalista kiseb il-lokalità tal-Imsida kif ukoll ta’ San Ġwann. Dan filwaqt li l-Labour tilef il-maġġoranza f’Birkirkara; fejn il-Karkariżi eleġġew 6 kunsillieri tal-PN, sitta tal-PL u kandidat indipendenti.