Internazzjonali

Ir-Russja: Putin jippreżenta ‘il-kundizzjonijiet’ għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna

Il-President Russu Vladimir Putin qal li l-Ukrajna teħtieġ li tirtira t-truppi tagħha mit-territorji kollha (tal-Ukreni) li llum, skont hu, ‘jiffurmaw parti mir-Russja’….Kundizzjoni importanti biex Moska tikkunsidra waqfien mill-ġllied fl-Ukrajna u meta l-Gvern Ukren, għall-kuntrarju, għadu jinsisti li mgħandhomx isiru negozjati ma’ Moska qabel jitlaq l-aħħar suldat Russu mill-Ukrajna,.

Sadanittant, il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, qal li Putin qed joħlom jekk jaħseb li l-Ukreni jistgħu jaċċettaw ‘ultimatum fuq l-istess stil bħalma preżentaw in-Nażisti ta’ Adolf Hitler, fl-ewwel snin tat-Tieni Gwerra Dinjija’.

Zelensky anki qed jinsisti biex ir-Russi jitilqu mill-penisola tal-Krimea li Vladimir Putin kien ħataf fl-2014 u dikjaraha bħala territorju estiż tar-Russja.

Intant, Putin, issa, qal ukoll li l-Ukrajna għandha twaqqaf kull impenn biex, ‘il quddiem, tissieħeb fl-Alleanza tan-NATO ‘jekk trid li xi darba jibdew it-taħditiet għall-paċi ma’ Moska.’

U meta tkellem waqt laqgħa (f’Moska) għall-ambaxxaturi Russi, Vladimir Putin sejjaħ biex il-Gvern Ukren jirtira kompletament mill-erba’ reġjuni (tal-Ukrajna) okkupati parzjalment mir-Russi u li huma Donetsk, Luhansk, Kherson and Zaporizhzhia.