IR-RIŻULTATI:
Il-Partit Nazzjonalista qaleb il-maġġoranza f’San Ġwann – qaleb il-maġġoranza fl-Imsida – qaleb il-maġġoranza f’San Pawl il-Baħar – żied siġġu x-Xewkija, tnejn f’Wied il-Għajn, tnejn ix-Xagħra, siġġu f’Ħaż-Żabbar, siġġu f’Tal-Pieta, siġġu fiż-Żurrieq, siġġu f’Birżebbuġa, siġġu f’Ħad-Dingli, siġġu f’Ħal Lija u ieħor fil-Qrendi.
F’Ħaż-Żebbuġ il-Labour tilef il-maġġoranza. U f’San Pawl, il-Labour tilef siġġu ieħor għall-ADPD.
MOSTA: Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranża tal-voti, b’55.9%. Dan ifisser li fl-aħħar 5 snin, il-Partit Nazzjonalista żied il-maġġoranża b’7.3%.
NAXXAR: Chris Degurara elett sindku f’din il-Lokalità. Il-PN jirbaħ il-maġġoranża tal-voti. Iżid b’6.5% tal-voti, biex issa il-PN għandu maġġoranża ta’ 65.5% tal-voti.
ŻEBBUĠ GĦAWDEX: Din il-lokalità tintrebaħ minn Kunsill ġdid Nazzjonalista. Basal Saliba kkonfermat Sindku ta’ din il-lokalità.
SIĠĠIEWI: Il-Partit Nazzjonalista jirbaħ il-maġġoranża b’żieda ta’ 9.6%. Kollox jindika li Julian Borg se jkun elett sindku ta’ din il-lokalità.
SANTA LUĊIJA: F’din il-lokalità il-PN jżid 17% tal-voti, biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista kiseb siġġu ieħor Madanakollu, din il-lokalità tibqa’ b’maġġoranza Laburista.
ĦAMRUN: Il-PL jżomm il-maġġoranża f’din il-lokalità.
KIRKOP: Il-Partit Nazzjonalista jżid il-voti tiegħu b’2.8% f’din il-lokalità, fejn b’kollox kiseb 33% tal-voti. Madanakollu, din il-lokalità tibqa’ b’maġġoranza Laburista.
QALA: Il-Partit Nazzjonalista jżid il-voti tiegħu b’19.3% f’din il-lokalità, fejn b’kollox kiseb 49% tal-voti.
ISLA: F’din il-lokalità il-PL eleġġa erba’ kunsillieri, filwaqt illi l-Partit Nazzjonalista eleġġa kunsillier wieħed. Malcolm Gatt elett bħala minority leader.
GĦARGĦUR: Il-Partit Nazzjonalista jżid il-voti tiegħu b’5.6% f’din il-lokalità, biex issa kiseb maġġoranża ta’ 62.6% tal-voti.
MTARFA: L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Partit Nazzjonalista żied fil-voti, iżda dawn il-lokalitajiet jibqgħu b’maġġoranza Laburista.
ATTARD: Il-Partit Nazzjonalista jżomm il-maġġoranża tal-voti f’din il-lokalità. Il-PN żied il-voti tiegħu 3.6%
SIĠĠIEWI: L-ewwel indikazzjonijiet qed juru illi f’din il-lokalità, il-PN żied il-voti tiegħu bi kważi 7%. Dan ifisser 5 snin ilu, il-Partit Nazzjonalsita kiseb 49.4% tal-voti, u llum jidher li l-Partit Nazzjonalista kiseb 56% tal-voti.
GZIRA: Il-kandidat indipendenti Conrad Borg Manche jikseb 20% tal-voti.
MUNXAR: Il-Partit Nazzjonalista jikseb il-maġġoranża tal-voti hekk kif żied il-persentaġġ ta voti b’25.5% biex b’hekk jikseb 76.5% tal-voti. Kollox jindika li Damian Spiteri se jkun elett Sindku ta’ din il-lokalità.
MTARFA U SAFI: L-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Partit Nazzjonalista żied fil-voti, iżda dawn il-lokalitajiet jibqgħu b’maġġoranza Laburista.
BIRGU: L-ewwel indikazzjonijiet juri li l-Partit Nazzjonalista żied fil-voti b’10%, filwaqt illi l-Partit Laburista naqqas il-voti b’14%. Din il-lokalità tibqa’ b’maġġoranza Laburista.
FLORIANA: F’din il-lokalità, huwa magħruf illi l-kandidat indipendent kiseb 27% tal-voti, bil-Partit Laburista jikseb 48% tal-voti, u l-Partit Nazzjonalista jikseb 25% tal-voti.
SWIEQI: L-ewwel indikazzjonijiet juru illi l-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġornaża tal-voti ta’ madwar 83.7%.
ŻEBBUĠ GĦAWDEX: Il-Partit Nazzjonalista jikseb il-maġġoranża tal-voti, bl-ewwel indikazzjoni turi li l-Partit Nazzjonalista ġab 54% tal-voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 46% tal-voti.
SAN LAWRENZ: Il-Partit Nazzjonalista jikseb il-maġġoranża tal-voti, bl-ewwel indikazzjonijiet juru li l-Partit Nazzjonalista kiseb 70% tal-voti. Huwa magħruf illi Noel Formosa ġie elett Sindku ta’ din il-lokalità.
NAXXAR: Ftit tal-minuti ilu ngħata bidu għall-proċess tal-għadd tal-voti ta’ 23 lokalità oħra f’pajjiżna. Il-voti bdew jinqelbu għall-proċess tal-wiri. Il-voti dubjużi jgħaddu għall-fażi tal-aġġudikazzjoni.
NAXXAR: Jibdew jinfetħu l-kaxxi tal-voti fl-aħħar proċess ta’ dan l-għadd.
Il-lokalitajiet li se jkunu qed jingħalqu illum jammontaw għall-23 lokalità. Dawn huma Swieqi, Attard, Ħal Qormi, Naxxar, Mosta, Santa Luċija, Floriana, Ħal Luqa, Isla, Ħamrun, Għargħur, Gżira, Ħal Kirkop, Siġġiewi, Imtarfa, San Lawrenz, Xgħajra, Ħal Safi, Munxar, Birgu, Qala, Kerċem u Żebbuġ Għawdex.
//= $special ?>