Il-Partit Nazzjonalista żamm il-maġġoranza fil-lokalita tan-Naxxar, hekk din is-sena kiseb 65.5% tal-voti li tfisser żieda ta 6.5% tal-voti li kisseb il-Partit Nazzjonalista ħames snin ilu.
Chris Deguara huwa s-sindku l-ġdid ta’ din il-lokalita.
Il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza b’saħħita wkoll fil-lokalita tas-Swieqi.
Dan hekk kif il-Partit Nazzjonalista kiseb 83.7% tal-voti, dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista fi żmien ħames snin żied 6.8%.
Għadu mhux uffiċjali min se jkun sindku fil-lokalità tas-Swieqi.

F’Ħal Għarġħur il-Partit Nazzjonalisa żamm il-maġġoranza wkoll. Jidher lis-Sindku se tkun Helen Gauci. 62.6% huwa l-persentaġġ ta’ voti li kisseb il-Partit Nazzjonalista.
