Fil-Mosta l-Partit Nazzjonalista kiseb il-maġġoranza tal-voti hekk kif żied 7.3% tal-voti, biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista kiseb 55.9% tal-voti.
Jidher li s-Sindku se jkun Joseph Gatt.
Fis-Siġġiewi, il-PN kiseb maġġoranza ta’ voti fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali – 58.1% tal-voti. Dan meta ħames snin ilu, il-PN kien kiseb 49.4%.
Dan ir-riżultat ifisser shift qawwi immens ta’ 8.7% fil-voti favur il-Partit Nazzjonalista.
Julian Borg se jkun is-Sindku tas-Siġġiewi.
AKTAR KMIENI
Intant, kollox jindika li l-PN kiseb maġġoranza ta’ voti fiż-Żebbuġ Għawdex. Iċ-ċifri inizjali juru li fiż-Żebbuġ il-PN kiseb 54% tal-voti. Dan joħroġ mill-projections illi xandar Net TV.
Iċ-ċifri juru li l-PN żamm maġġoranza fil-lokalità ta’ Ħ’Attard, is-Swieqi u anke f’San Lawrenz Għawdex fejn Noel Formosa se jerġa’ jkun Sindku.
Fil-Munxar, il-PN kiseb maġġoranza ta’ voti. Damian Spiteri mistenni jkun konfermat bħala Sindku tal-Munxar u x-Xlendi.
Fis-Swieqi, il-PN kiseb 74% tal-voti. Fil-Qala, il-PN kellu żidiet kbar – 19% tal-voti.
Fil-Gżira, l-eks Sindku Laburista Conrad Borg Manche kiseb xejn anqas minn 20% tal-voti. L-aktar li ħa voti kien mill-Partit Laburista.
F’Ħal Safi, fl-Imtarfa, u fil-Birgu, il-Labour naqqas ammont kbir ta’ voti. F’Santa Luċija, kien hemm shift qawwi favur il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>