Rafael Nadal ikkonferma li mhux se jilgħab fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Wimbledon hekk kif qed ikompli jipprepara biex jipparteċipa fl-Olimpjadi. It-22 darba rebbieħ ta’ Grand Slam, tnejn minnhom f’Wimbledon, żvela l-ħsieb tiegħu li jkompli jilgħab fuq it-tafal.
L-Ispanjol li riċentament kien qed jissielet bi problemi fiżiċi, qal li għalih ikun aħjar jekk ma jaqlibx biex jilgħab fuq il-ħaxix meta fl-aħħar xhur ikkompeta fuq it-tafal. Nadal se jkun qed jieħu sehem fid-doppji flimkien ma’ Carlos Alcaraz f’Pariġi.
Bi tħejjija għall-Olimpjadi, Nadal se jilgħab f’Bastad fl-Iżvezja fil-15 ta’ Lulju. It-tennist ta’ 38 sena, hu mistenni li jikkompeti fl-Olimpjadi mis-27 ta’ Lulju sat-3 ta’ Awwissu.
//= $special ?>