Is-Soċjetà tal-Pastel ta’ Malta qed torganizza s-Summer Pastel Exhibition 2024 bejn għada s-Sibt 15 ta’ Ġunju 2024 u t-23 ta’ Ġunju 2024. Din il-wirja tal-arti ser tkun imtellgħa fis-Sala Dr Alfred Bonnici u fis-Sala Edward St George f’Palazz Marija Assunta, Triq Rokku Buhagiar, il-Qrendi.
L-artisti li qed jieħdu sehem f’din il-wirja huma Victoria Agius, Noel Ancilleri, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Adrian Hudson, Anthea Mayer, Joe Navarro, Vanni Pule u Joanna Wallbank.
Fil-wirja ser ikun hemm madwar 32 biċċa xogħol u li jinkludu, paesaġġi, ritratti, veduti tal-baħar u still life. Din il-wirja qed tittella’ b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Mużikali Santa Marija, Qrendi, ir-Reġjun Punent u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi.
L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta huwa li jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament minn naħa tal-pubbliku lejn dan l-istess medium.
Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sas-Sibt, mis-18.00 sad-21.00 u fil-Ħdud mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sad-21.00. Id-dħul huwa bla ħlas.
Pittura bl-użu tas-soft pastel minn Martin Formosa
//= $special ?>