Lokali

Żewġt irġiel isofru ġrieħi gravi f’inċident fi Vjal l-Indipendenza

Żewġt irġiel sofrew minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-2:15 pm fi Vjal l-Indipendenza, iż-Żurrieq seħħ inċident bejn żewġ vetturi.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Opel Combo misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi u Nissan E-NV200 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena u joqgħod Birkirkara. Fl-Opel, kien hemm ukoll Indjan ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq.

L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u t-tnejn li kienu fl-Opel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.