Futbol Sport

EURO 2024: L-Italja tibda tiddefendi t-titlu merbuħ b’gowls fl-ewwel taqsima

Ritratt: EPA

ITALJA ………. 2

ALBANIJA …. 1

Italja: G.Donnarumma, G.Di Lorenzo, R.Calafiori, A.Bastoni, F.Dimarco (M.Darmian 83’), Jorginho, N.Barella (M.Folorunsho 90’), D.Frattesi, L.Pellegrini (B.Cristante 77’), F.Chiesa (A.Cambiasso 77’), G.Scamacca (M.Retegui 83’)

Albanija: T.Strakosha, E.Hsaj, A.Ajeti, B.Djimsiti, M.Mitaj, K.Asllani, Y.Ramadani, N.Bajrami (E.Muci 87’), J.Asani (A.Hoxha 68’), A.Broja (R.Manaj 77’), T.Seferi (Q.Laci 68’)

Imwissija: L.Pellegrini 22’ (I), R.Calafiori 51’ (I), A.Broja 52’ (A), A.Hoxha 74’ (A)

Skorjaw: N.Bajrami 1’ (A), A.Bastoni 11’ (I), N.Barella 16’ (I)

Referee: Felix Zwayer

Iċ-champions renjanti, l-Italja, li rebħu dan l-unur fl-2021, bdew l-EURO 2024 fuq nota pożittiva hekk kif għelbu lil Albanija bl-iskor ta’ 2-1. L-Italja daħlu għal dan il-konfront b’taħlita ta’ plejers ta’ esperjenza kif ukoll diversi uċuh ġodda, liema żgħażagħ huma neqsin minn esperjenza f’turnaments internazzjonali. Min-naħa tagħhom l-Albanija daħlu għal dan il-kofront b’aktar motivazzjoni minħabba ir-rivalita’ u l-prossimita’ li teżisti bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.

L-Italja taħt it-tmexxija ta’ Luciano Spalletti, qed iħarsu li jkomplu fuq is-suċċess tal-aħħar edizzjoni bil-kowċ jibni li midfield imdawwar mal-plejer ta’ Arsenal Jorginho. Imdawwar bi plejers maturi bħal Lorenzo Pellegrini u Nicolo Barella, l-Italja għarfu jikkontrollaw il-partita minkejja li marru minn taħt wara biss 22 sekonda. Dan meta kien Nedim Bajrami li għadda tajjeb minn mal-linja leminija, daħal fil-kaxxa u spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka u ma ta l-ebda ċans lil Donnarumma jsalva. Minkejja dan reazzjoni tista’ tgħid immedjata mit-tim Taljan meta fil-ħdax-il minuta minn corner maħdum tajjeb Lorenzo Pellegrini tefa’ cross li sab lil Alessandro Bastoni li xeħet bir-ras wara Strakosha. It-tim Taljan dawwar ir-riżutlat favurih fis-16-il minuta meta kien Nicolo Barella li kkonkluda fix-xibka għal 1-0.