Futbol Sport

EURO 2024: L-Iżvizzera jiftħu l-impenji tagħhom b’rebħa fuq l-Ungerija

Ritratt: EPA

UNGERIJA ………. 1

ŻVIZZERA ……….. 3

Ungerija: P.Gulasci, A.Lang, W.Orban, A.Szalai, A.Fiola, A.Nagy, A.Schafer, M.Kerkez, R.Sallai, D.Szoboslzlai, B.Varga

Żvizzera: Y.Sommer, F.Schar, M.Akanji, R.Rodriguez S.Widmer, R.Freuler, G.Xhaka, D.Ndoye, M.Aebischer, R.Vargas, K.Duah

Referee: S.Vincic

Assistenti Referees: T.Klancnik, A.Kovacic

Fir-Cologne fil-Ġermanja, intlagħbet it-tieni partita minn Grupp A, bejn L-Iżvizzera u l-Ungerija, bl-Iżvizzera joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1. L-Iżvizzera marru fil-vnataġġ fit-12-il minuta meta Michel Aebischer sab lil Kwadwo Duah li kkonkluda fix-xibka. Għal Duah li għandu 27 sena, din kienet l-ewwel partita kompettitiva mat-tim nazzjonali, wara li ddebuta f’partita ta’ ħbiberija 11-il ġurnata ilu.

L-Iżvizzera rdoppjaw ma’ tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba kien Michel Aebischer li xeħet fix-xibka għal 2-0. Fit-tieni taqsima l-Ungerija daħlu fil-partita bil-gowl ta’ Barnabis Varga, liema gowl ma kienx biżejjed biex idawwru r-riżultat. It-tielet gowl għall-Iżvizzera wasal fit-93 minuta minn Breel Embolo.