F’nofs eskalazzjoni sinifikanti ta’ tensjonijiet diplomatiċi, il-mexxejja mill-G7 qed jakkużaw liċ-Ċina li qed tappoġġja b’mod attiv l-isforzi militari tar-Russja fl-Ukrajna.
Fil-konklużjoni tas-summit annwali tagħhom fl-Italja, il-mexxejja tal-G7 ħarġu ċanfira severa mmirata lejn Beijing, u sostnew li l-appoġġ taċ-Ċina lejn l-industrija militari tar-Russja qed tiffaċilita l-aggressjoni ta’ Moska fl-Ukrajna.
Il-kundanna tal-G7 ġejja minn evidenza li dejjem qed tikber u allegazzjonijiet li l-esportazzjonijiet Ċiniżi, partikolarment teknoloġiji avvanzati tal-manifattura, saħħew il-kapaċità tar-Russja li ssostni l-kampanja militari tagħha – minkejja s-sanzjonijiet internazzjonali. Uffiċjali Amerikani kienu voċiferi fil-kritika tagħhom, u enfasizzaw li filwaqt li ċ-Ċina ma tipprovdix armi direttament, l-appoġġ tagħha qed jippermetti li r-Russja tespandi l-kapaċitajiet militari tagħha.
Bi tweġiba, il-G7 hedded li jiddahhlu sanzjonijiet addizzjonali kontra entitajiet Ċiniżi, bil-għan li jissikkaw ir-restrizzjonijiet ekonomiċi u jillimitaw l-aċċess għas-sistemi finanzjarji globali.
Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, ilu jfittex b’mod attiv appoġġ internazzjonali biex jiġġieled l-invażjoni tar-Russja.
Matul is-summit tal-G7, l-amministrazzjoni ta’ Zelensky laqgħet il-pożizzjoni soda tal-G7 kontra l-involviment taċ-Ċina mar-Russja. Zelensky ripetutament talab għal azzjonijiet u sanzjonijiet globali aktar b’saħħithom biex ir-Russja tiġi iżolata …. u jaqtgħu n-networks ta’ appoġġ – li jinkludu kontribuzzjonijiet Ċiniżi.
Intant….il-G7 indirizza wkoll tħassib ekonomiku usa’ fir-rigward tal-policies industrijali taċ-Ċina, u akkuża lil Beijing li qed irawwem prattiċi inġusti li jgħawġu s-swieq globali u jagħmlu ħsara lir-reżiljenza ekonomika internazzjonali.
//= $special ?>