Il-PN tarka għar-residenti ta’ Santa Luċija
Irrifjutata l-applikazzjoni għal żvilupp ta’ 3 appartamenti fi Triq il-Ġibjun f’Santa Luċija.
Dan tħabbar mill-issa Minority Leader tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija Liam Sciberras hekk kif flimkien ma’ Michael Pulè, residenti Santa Luċija, ssieltu biex jippreservaw il-karattru tar-raħal – b’tali żvilupp ċertament kien se jirvinah li kieku ġie approvat.
Net News tkellem ma’ Sciberras fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-aħbar.
Il-każ beda lura fl-2020, filwaqt li f’Marzu 2023 – wara 3 snin battalja l-Qorti tal-Appell irrevokat deċiżjoni meħuda mill-Qorti fejn kien intqal li terraced house qalb 20 oħra setgħet tiġi mwaqqa’ biex jinbena hekk imsejjaħ pencil building.
Jidher li minkejja l-konferma tal-Qorti li dan ma setax iseħħ kienet infetħet applikazzjoni ġdida…u din ukoll ġiet rifjutata din id-darba mill-Awtorità tal-Ippjanar u grazzi għal ħidma sfieqa tal-Partit Nazzjonalista flimkien mal-insistenza tar-residenti.
Huwa saħaq li għal dawn l-aħħar 4 snin flimkien mar-residenti baqa’ jissielet sabiex tali żvilupp ma jsirx… f’ħidma li ssarfet f’suċċess għal kull min għandu pajjiżna għal qalbu.
//= $special ?>