L-aħħar jum tal-għadd tal-voti kien wieħed mimli emozzjonijiet – il-miri tal-Partit Nazzjonalista ntlaħqu kollha – u f’dawn l-elezzjonijiet il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza assoluta f’sitt lokalitajiet; San Pawl il-Baħar, San Ġwann, l-Imsida, iż-Żebbuġ Għawdex, is-Siġġiewi u l-Mosta. Dan apparti li l-Labour tilef il-maġġoranza wkoll fil-Mellieħa, f’Ħaż Żebbuġ, fil-Floriana kif ukoll Birkirkara.
Il-Partit Nazzjonalista irnexxielu jaqleb il-maġġoranza fil-Kunsill tal-Siġġiewi, fejn issa Julian Borg se jkun is-Sindku l-ġdid.
Fis-Siġġiewi, f’isem il-PN, eletti l-kunsillieri Ryan Cachia, Francine Farrugia u Charles Vassallo. F’isem il-Partit Laburista eletti Christopher Farrugia, Dominic Grech u Bertu Pace.
Il-Partit Nazzjonalista irnexxielu jaqleb anke l-maġġoranza fil-Mosta u issa is-Sindku l-ġdid ta’ din il-lokalità se jkun Joseph Gatt.
Il-kumplament tal-kunsillieri eletti fil-Mosta huma Michaela Ann Bayliss, Keith Cassar, Thomas De Martino, Sammy Mallia, Charles Schembri u Aiken Zerafa. F’isem il-Partit Laburista eletti Rachel Abela, Anthony Agius Decelis, Pia Bonnici, Andre Buhagiar, Chris Grech u Chantelle Portelli.
Baskal Saliba se jkun is-Sindku l-ġdid taż-Żebbuġ Għawdex hekk kif il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-maġġoranza f’dan ir-raħal.
Il-kumplament tal-kunsillieri eletti fiż-Żebbuġ huma Daniel Cordina u Mario Portelli. F’isem il-Partit Laburista eletti Marlene Cini u Nicky Saliba.
Fis-Swieqi eletti f’isem il-PN; Mary Anne Abela, Jordan Galea Pace, Noel Muscat, Anna Pisani, Edgar Rossignaud, Rowena Scicluna, Theresa Valentino u Lucia Vassallo. F’isem il-Partit Laburista elett Miguel Balzan – riżultat li jagħti mandat ieħor lil Noel Muscat bħala Sindku.
F’Ħ’Attard f’isem il-PN eletti Remigio Bartolo, Paul Ciantar, Stefan Cordina, Alex Mangion, Martin Musumeci u Nicole Portelli. F’isem il-Partit Laburista eletti John Bonnici u Helen Caruana. Dan filwaqt li f’isem l-ADPD ġie elett Ralph Cassar.
Stefan Cordina konfermat bħala Sindku.
F’Ħal Qormi f’isem il-PN ġew eletti Jurgen Abela, Alessio Decarlo, Ralph Puli u Doris Zammit. F’isem il-Partit Laburista eletti Daniel Ablett, Fiona Borg Lewis, Elke Cassar Sghendo, Nicholai Falzon, Xandru Mallia, Josef Masini Vento u Marvin Zammit.
Fin-Naxxar eletti f’isem il-PN Mary Anne Cuomo, Christopher Deguara, Mark Deguara, Godwin Grech, Andre Muscat, Pierre Sciberras u Joseph Spiteri. F’isem il-Partit Laburista eletti Marlon Brincat, Louis Camilleri, Noel Gatt u Matthew Vella.
Chris Deguara, se jkun is-Sindku l-ġdid f’isem il-PN.
F’Santa Luċija l-kunsillieri eletti f’isem il-PN huma Connie Debattista u Liam Sciberras – bil-PN iżid siġġu. F’isem il-Partit Laburista eletti Fredrick Cutajar, Kylie D’Amato u Charmaine St John.
Il-kandidati eletti f’isem il-PN fil-Floriana huma James Aaron Ellul u Justine Palmier. F’isem il-Partit Laburista eletti Justin Haber u Sandra Sammut Hili. Dan filwaqt li f’isem ‘Floriana l-Ewwel’ ġie elett Nigel Holland.
F’Ħal Luqa f’isem il-PN eletti Fredrick Aquilina u Andrew Cassar. Dan filwaqt li f’isem il-Partit Laburista ġew eletti Keith Bartolo, Anton Gatt, John Schembri, Jeffrey Scicluna u Matthew Spiteri.
Fl-Isla f’isem il-PN ġie elett Malcolm Gatt. F’isem il-Partit Laburista eletti Joeline Attard, Twanny Bonavia, Corinne Buhagiar u Clive Pulis.
Fil-Ħamrun eletti f’isem il-PN Jean Carl Agius Ciscaldi, Maria Baldacchino u Mario Calleja. F’isem il-Partit Laburista eletti Vincent Bonello, Carmen Borg, Aymen Grech Pace, Maria Mallia, Christian Sammut u Antoine Vassallo.
Fil-Għargħur il-kunsillieri eletti f’isem il-PN huma Francesca Attard, Helen Gauci u Marilena Hassan. F’isem il-Partit Laburista eletti Christopher Fenech u Mariah Meli.
Ma’ Net News, is-Sindku Helen Gauci tat ir-reazzjoni taghha.
Fil-Gżira f’isem il-PN eletti Jessica Borg, Joyce Bray u Aaron Caruana. F’isem il-Partit Laburista eletti Tania Borg, Neville Chetcuti, Ralph Mangion, Ryan Sciberras u Martin Vella. Ġie elett ukoll il-kandidat indipendenti Conrad Borg Manchè.
F’Ħal Kirkop f’isem il-PN ġiet eletta Loranna Bonnici. F’isem il-Partit Laburista eletti Matthew Agius Zammit, Bernice Caruana, Ritienne Caruana u Joseph Schembri.
Fil-lokalità tal-Imtarfa eletti f’isem il-PN Simon-Paul Fenech u Anton Mifsud. F’isem il-Partit Laburista eletti Len Abela Vassallo, Dale Hayman u Antoine Vella.
F’San Lawrenz f’isem il-PN ġew eletti Clyde Cauchi, Noel Formosa u Jeremy John Hili. F’isem il-Partit Laburista eletti Louis Galea u Lorenzo Grima.
Riżultat li ta mandat ieħor lis-Sindku Nazzjonalista Noel Formosa.
Fix-Xgħajra f’isem il-PN ġie elett Raymond Duncan. F’isem il-Partit Laburista eletti Neil Attard, Doris Borg, Antonia Buttigieg u Mike Mifsud.
F’Ħal Safi eletti f’isem il-PN Joanna Abdilla u Kurt Debono. F’isem il-Partit Laburista eletti Francis Callus, Johan Mula u Claire Zammit.
Fil-Munxar il-kandidati eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista huma Mark Busuttil, Ivan Farrugia, Carmen Parnis u Damien Spiteri. F’isem il-Partit Laburista elett John Cassar.
Dan ir-riżultat ikkonferma mandat ieħor għas-Sindku Nazzonalista Damien Spiteri.
Fil-Birgu elett f’isem il-PN Ian Barbara. F’isem il-Partit Laburista eletti John Boxall, Rianne Cini, Tristan Duncan u Jason Vincent Portelli.
F’Ta’ Kerċem il-kandidati eletti f’isem il-PN huma Mario Azzopardi, Abigail Micallef u Horace Vella. F’isem il-Partit Laburista eletti Frankie Attard u Jonathan Mercieca.
Dawn kienu l-ewwel kummenti tas-Sindku, Mario Azzopardi.
Fil-Qala Għawdex, il-Labour żamm maġġornanza bi ftit voti biss. Il-kandidati eletti f’isem il-PN huma Karl Buttigieg u Valerie Cassar Mejlak. F’isem il-Partit Laburista eletti Rene Abela, Paul Buttigieg u Noel Mizzi.
//= $special ?>