Lokali

Imfakkar il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm

Matul il-jum tal-Ġimgħa tfakkar il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm; jum iddedikat għal dawk il-miljuni ta’ persuni li jmorru jagħtu d-demm sabiex il-pazjenti ma’ jbatux.

It-tema għal din is-sena propju hija Għoxrin sena niċċelebraw l-għotja – grazzi donaturi tad-demm dan hekk kif din il-ġurnata ġiet rikonoxxuta 20 sena ilu.

Net News tkellem ma’ Caroline Cassar li hija infermiera fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn spjegatilna f’aktar dettall is-sinifikat ta’ dan il-jum.

Apparti minn hekk, Caroline Cassar appellat għal aktar donaturi tad-demm bil-għan li aktar pazjenti jkunu jistgħu jibbenefikaw. Dan hekk kif meta wieħed imur biex jagħti d-demm għall-ewwel darba hija faċli immens u donatur wieħed jista’ jgħin tliet pazjenti.