Fi kliem il-Ministru Chris Bonnet hemm bżonn jingħata ċans biex jiġi analizzat ir-riżultat elettorali. Bil-Ministru ma jweġibx jekk l-Inkjesta Vitals affetwatx jew le ir-riżultat elettorali. Iżda ftit wara, semma’ ir-riżenja ta’ Chris Fearne.
“Ir-riżenja tad-Deputat Prim Ministru jaf affetwat ir-riżultat”, sostna Chris Bonnet.
Fuq l-RTK, il-Ministru qal li hemm bżonn “naraw għalfejn l-istrikers ma skurjawx erbgħa oħra”.
Mistoqsi dwar il-fattur ‘Muscat’, il-Ministru ta’ Robert Abela ma żbilanċjax ruħu. “Joseph Muscat jaffetwa dejjem. Jekk hux fit-tajjeb jew fil-ħażin…wieħed irid jara”.
//= $special ?>