Kollox jinsab lest għall-mass rally li se jsir il-Ħadd barra d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – mass rally li se jkun qed iġib fi tmiemha l-kampanja pożittiva li preżenta il-Partit Nazzjonalista f’dawn l-aħħar xhur.
Ir-rally se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
Din l-attività se sservi wkoll bħala messaġġ ta’ ringrazzjament u apprezzament lejn l-elettorat li ta l-appoġġ tiegħu lill-Partit Nazzjonalista; kampanja illi wasslet biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ lura sitt lokalitajiet.
//= $special ?>