Valletta Izibet għamluha faċli għalihom infushom b’rebħa netta kontra Birżebbuġa Freeport. Ir-rebħa mhux biss fissret tliet punti iżda pass kważi deċiżiv li jilagħbu fil-Kampjonat Premier. Minkejja d-differenza bejn iż-żewġ timijiet, kien mistenni aktar sfida minn Birżebbuġa.
Il-Beltin fetħu bl-aħjar mod u rebħu l-ewwel sessjoni 4-0 b’Jacob Sciberras jispikka b’doppjetta. Birżebbuġa pruvaw iwettqu reazzjoni u anki naqqsu d-distakk għal 7-4 sakemm il-veteran Stephen Micallef wieġeb għal Valletta.
It-tim ta’ Joe Cremona għalaq il-logħba fit-tielet sessjoni b’ħames gowls mingħajr risposta. Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa pruvaw jillimitaw id-danni u fi tliet okkażjonijiet wieġbu għall-gowls tal-avversarji sakemm Valletta ssiġillaw ir-rebħa bi tliet gowls lejn it-tmiem.
Rebħa faċli għal Neptunes Videoslots kontra Exiles Welbee’s. Neptunes fetħu kif mistenni u bnew vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ Stevie Camilleri, Alec Fenech u Sam Gialanze lejn tmiem is-sessjoni. Id-distakk kiber għal 6-0 fit-tieni sessjoni sakemm Exiles irkupraw ftit u naqqsu d-distakk b’doppjetta ta’ Kurt Griscti u gowl bejniethom ta’ Drasko Gogov.
Neptunes neħħew kull dubju mir-riżultat u b’kumdità skorjaw ħames gowls mingħajr risposta fosthom doppjetta ta’ Stevie Camilleri għal vantaġġ ta’ 11-3. Il-gowls konsekuttivi ta’ Neptunes żdiedu għal għaxra sakemm Shailon Cutajar Casha naqqas id-distakk b’lob fuq Marco Rossi. Madankollu doppjetti ta’ Sam Gialanze u Jake Muscat komplew jagħmlu r-rebħa dominanti.
Marsaskala Optima kisbu l-ewwel rebħa kontra Barracudas. It-tim ta’ Arpad Babay qatt ma kien fi żvantaġġ tul il-logħba u kkonsolida r-rebħa fit-tieni parti tal-logħba. Dan seħħ speċjalment wara li lejn tmiem it-tieni sessjoni, tkeċċa b’sostituzzjoni l-plejer barrani ta’ Barracudas Mario Guidi meta l-iskor kien 8-4.
Spikka bħas-soltu għal Marsaskala Edoardo Manzi bi tripletti fl-ewwel, fit-tieni u fl-aħħar sessjoni. Wara li kienu milħuqa fl-ewwel sessjoni, Marsaskala fetħu distakki parzjali ta’ 5-2 u 7-4 biex bejn tmiem it-tieni sessjoni u l-bidu tat-tielet sessjoni aċċertaw mir-rebħa b’vantaġġ ta’ 11-4. Minn hemm huma komplew jikkontrollaw il-logħba.
BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 7
VALLETTA IZIBET………………. 19
(0-4), (4-4), (0-5), (3-6)
Birżebbuġa: S. Livori, M. Aquilina (2), N. Cassar, B. Grech (1), J. Cauchi, M. Manara, A. Barroso (3), M. Cassar, S. Bezzina, M. Cutajar, G. Mannino (1), M. Curmi, K. Manara
Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (1), J. Sciberras (4), S. Busuttil (3), K. Borg (2), M. Zammit (3), I. Nagaev (5), S. Micallef (1), A. Agius, K. Cremona, A. Bugeja
Referees: Alessandro Chimenti, Massimo Angileri
NEPTUNES VIDEOSLOTS…. 20
EXILES WELBEE’S………………. 4
(3-0), (3-3), (5-0), (9-1)
Neptunes: A. Borg Cole, D. Kholod, S. Gialanze (5), G. Pace (2), J. Camilleri (1), L. Mallia, S. Camilleri (3), M. Castillo, J. Muscat (4), J. Bajada (2), A. Fenech (3), E. Mallia, M. Rossi, D. Bugeja
Exiles: Z. Dzanovic, Z. Cutajar Licari, Z. Micallef, D. Pace Lupi, M. Martellacci, S. Cutajar Casha (1), D. Gogov (1), K. Griscti (2), N. Paris, N. Bonavia, M. Fenech, N. Saliba, G. Galea Curmi, M. Paris Roding
Referees: Tiziano Petrini, Ronnie Spiteri
BARRACUDAS…………………. 7
MARSASKALA OPTIMA… 16
(2-5), (2-4), (2-2), (1-5)
Barracudas: C. Borg, C. Bugeja, N. Farrugia, P. Micallef (2), W. Ruggier, R. Sciortino, K. Mock (1), J. Schembri Young, S. Apap, M. Guidi (1), N. Rizzo, C.J. Saliba (3), J. Massa, T. Camilleri
Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar (1), E. Manzi (9), J. Pace Mizzi, M. Carani, R. Greco, K. Navarro (1), M. Farrugia (2), K. Grech, G. Sammut (1), J. Ciantar (1), M. Agius, M. Borg, L. Montebello Brownrigg (1)
Referees: Alessandro Chimenti, Juana Cauchi
Logħob li jmiss
It-Tlieta 28 ta’ Ġunju: San Ġiljan v Birżebbuġa 6.00pm, Marsaskala v Valletta 7.15pm, Exiles v Sirens 8.30pm
Grupp A wara 2 logħbiet: San Ġiljan u Valletta 6 punti, Birżebbuġa u Marsaskala 3 punti, Ta’ Xbiex u Barracudas 0 punti
Grupp B wara 2 logħbiet: Neptunes u Sliema 6 punti, Sirens u Marsaxlokk 3 punti, Otters u Exiles 0 punti
//= $special ?>