Lokali

Tifel ta’ 15-il sena u sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’inċidenti separati

Tifel ta’ 15-il sena minn Wied il-Għajn u sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara żewġ inċidenti separati f’Wied il-Għajn u Santa Venera rispettivament.

Fl-ewwel każ, li seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn tal-Ġimgħa waranofsinhar fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, f’Marsaskala hekk kif it-tifel ta’ 15-il sena li kien passiġġier f’karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Gżira ġarrab ġrieħi gravi wara li l-vettura kellha mpatt ma’ vann misjuq mir-raġel ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn.

Fit-tieni każ…sagħtejn wara, għal ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar fi Triq Reġjonali f’Santa Venera hekk kif sewwieq ta’ mutur ta’ 56 sena residenti Birżebbuġa ġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn 3 vetturi oħra; Toyota misjuqa minn raġel ta’ 43 sena residenti ż-Żurrieq, Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 62 sena miż-Żurrieq ukoll u Mitsubishi misjuq minn raġel ta’ 56 sena mill-Qrendi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.