Sport Sport Ieħor

Abraham Klein f’intervista unika fi SportExtra tal-lum

Wara waqfa minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, illum
jirritorna SPORT EXTRA bi programm specjali b’mistieden specjali. Fil-ġranet li għaddew Charles Camenzuli iltaqa’ mal-eks referee internazzjonali ABRAHAM KLEIN. F’intervista esklussiva Abraham Klein li għandu aktar minn 90 sena filwaqt li jirrakkonta dak li għadda minnu fi żmien in-Nazi , jidħol fid-dettal tal-esperjenzi internazzjonali li għamluħ bħala in- numru 1 fix-xena tar-refereeing internazzjonali.

Esperjenza li fuq medda ta’ 50 sena tiġbor fiħa tlett edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja. Fl-1970
bil-partita Brażil – Ingilterra, fl-1978 bil-partita Italja – Argentina u fl-1982 bil-partita Italja – Brazil, dan kollu apparti wkoll li kien assistant referee fil-finali Italja – Ġermanja.

Dan u aktar fi programm specjali SPORT EXTRA llum fuq Net Television mill-5.00 pm ta’
waranofsinhar ‘l quddiem.


Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta
tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa.