Lokali

ARĊIPRIET ĠDID GĦALL-PARROĊĊA TAL-IMDINA

L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali tal-parroċċa tal-Katidral tal-Imdina ddedikat lil San Pawl, f’idejn Mons. Claude Portelli bħala l-arċipriet ta’ din il-parroċċa. Hu rringrazzja lil Dun Mario Tong li serva bħala arċipriet ta’ din il-parroċċa.

Mons. Claude Portelli twieled fis-6 ta’ Awwissu 1975. Beda l-mixja għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Arċisqof f’Tal-Virtù fir-Rabat u fl-2001 ggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija mill-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta. Kompla l-istudji tiegħu fit-Teoloġija Pastorali u kiseb Liċenzjat fl-2003.

Huwa ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ Lulju 2002. Matul is-snin ġie fdat dawn il-ħidmiet: saċerdot fil-Parroċċa ta’ Santa Marija f’Ħal Għaxaq (2002-2003); viċi kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan (2003-2009); u kappillan tal-Parroċċa ta’ San Ġiljan (2009-2022).

Fl-2023, Mons. Claude Portelli nħatar bħala d-Delegat tal-Arċisqof għall-Kultura. Hu se jibqa’ jokkupa din il-kariga sabiex ikompli joħloq djalogu bejn il-Knisja f’Malta u l-qasam tal-kultura