Futbol Sport

Christian Eriksen jimmarka r-ritorn tiegħu fil-Kampjonati Ewropej b’gowl

(Ritratt: EPA)

Slovenja………………………1

Danimarka…………………..1

Slovenja: J. Oblak, E. Janze, J. Bijol, V. Drkisoc, Z. Karnicnik, J. Mlakar (Z. Celar 75′), T. Elsnik (J. Gorenc Stankovic 76′), A. Gnezda Cerin, P. Stojanovic (B. Verbic 67′), B. Sesko (J. Kurtic 95′), A. Sporar (D. Brekalo 95′)

Danimarka: K. Schmeichel, J. Vestergaard, A. Christensen, J. Andersen, V. Kristiansen (J. Maehle 78′), P. Hojbjerg (C. Norgaard 84′), M. Hjumland (T. Delaney 89′), A. Bah, C. Eriksen, R. Hojlund (Y. Poulsen 83′), J. Wind (K. Dolberg 83′)

Imwissija: M. Hjulmand 49′ (D), P. Stojanovic 53′ (S)

Skrojaw: E. Janza (77′), C. Eriksen (17′)

Referee: Sandro Scharer (Żvizzera)

Bidu tal-ħolm għall-midfielder Daniż Christian Eriksen meta skorja fi draw ta’ 1-1 kontra l-Islovenja. Kontra kull mistenni Eriksen jinsab jilgħab fl-EURO 2024 wara li erba’ snin ilu kien tah attakk f’qalbu fl-ewwel partita tal-grupp kontra l-Finlandja fejn kien deher li l-karriera tiegħu setgħet kienet fi tmiemha.

Eriksen minn dakinhar kien sarlu intervent f’qalbu fejn tpoġġietlu ICD b’konsegwenza li ma setgħax jilgħab aktar fl-Italja ma’ Inter u kellu jissieħeb ma’ Manchester United fl-Ingilterra.

Bidu mill-aqwa għad-Danimarka hekk kif wara 17-il minuta marru fil-vantaġġ meta kien Christian Eriksen li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Jonas Wind. L-Isloveni rrispondew mill-ewwel u ħolqu numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor fosthom anke fit-tieni taqsima u kien biss fis-77 minuta li ġabu l-iskor indaqs meta kien Erik Janza li għeleb lil Kasper Schmeichel.