It-tennista mir-Renju Unit Emma Raducanu rrifjutat l-wildcard biex tikkompeti fl-Olimpjadi ta’ Pariġi f’isem il-Gran Britannja. Min naħa l-oħra, t-tennista Andy Murray mistenni jkun wieħed mit-tennisti tal-kontiġent Britaaniku li se jkun qed isifer lejn Pariġi f’Lulju li ġej.
Raducanu li għandha 21 sena tinsab wisq l-isfel fir-rankings sabiex tikkwalifika b’mod awtomatiku għall-Olimpjadi u b’hekk kienet se tkun qed tagħmel dan permezz ta’ wildcard li hi rrifjutat. Matul l-istaġun li għadda Raducanu sofriet numru ta’ injuries kemm fil-polz kif ukoll fl-għaksa. Hi tilfet l-Open ta’ Franza.
Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Gran Brittanja, Iain Bates qal li fl-aħħar xhur kellu numru ta’ konversazzjonijiet ma Raducanu iżda qal li ħasset li mhix 100% preparta biex tikkompetti.
Andy Murray li minn naħa tiegħu rebaħ il-midalji tad-deheb fl-2012 f’Londra u fl-2016 f’Rio aċċetta l-wildcard u b’hekk jidher li dan se jkun l-aħħar tournament tal-karriera tiegħu. Flimkien ma’ Murray se jikkompetu Cameron Norrie, Jack Draper u Dan Evans li kollha kkwalifikaw permezz tar-ranking.
It-tournament tat-tennis fl-Olimpjadi se jkun qed jibda fis-27 ta’ Lulju u jintemm fl-4 t’Awwissu u se jkun qed jintlagħab fir-Roland Garros.
//= $special ?>