Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Wout Weghorst jagħti rebħa lill-Olanda

(Ritratt: EPA)

Polonja…………….1

Olanda……………..2

Polonja: W. Szczesny, J. Kiwior, B. Salamon, J. Bednarek, N. Zalewski, P. Frankowski, P. Zielinski (J. Piotrowski 78′), T. Romanczuk (B. Slisz 55′), S. Szymanski (J. Moder 46′), K. Urbanski (K. Swiderski 55′), A. Buska

Olanda: B. Verbruggen, N. Ake (M. van de Ven 87′), V. van Dijk, S. de Vrij, D. Dumfries, J. Veerman (G. Wijnaldum 62′), J. Schouten, C. Gakpo (J. Frimpong 81′), T. Reijnders, X. Simons (D. Malen 62′), M. Depay (W. Weghorst 81′)

Imwissija: J. Veerman 15′ (O)

Skorjaw: A. Buska 16′ (P), C. Gakpo 29′, W. Weghorst 83′ (O)

Referee: Artur Soares Dias (Portugall)

Gowl lejn it-tmiem tas-sostitut Wout Weghorst ta l-ewwel tliet punti lill-Olanda b’rebħa ta’ 2-1 fuq il-Polonja. Il-partita kienet mtappna b’dak li seħħ qabel il-bidu tagħha meta l-pulizija kienet sfurzat tispara lejn raġel li kien armat b’mannara.

Il-Polonja kellhom l-aqwa skorer ta’ kull żmien tagħhom, Robert Lewandowski nieqes minn din il-partita minħabba injury, fejn minfloku beda l-attakkant Adam Buksa li fetaħ l-iskor wara 16-il minuta.

It-tim ta’ Ronald Koeman kien dominanti tul il-partita kollha u fallew numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor qabel ma x-xutt ta’ Cody Gakpo fid-29 minuta kien devjat għal wara l-goalkeeper Wojiech Szczesny. L-Olanda komplew jiddominaw u joħolqu aktar okkażjonijiet ta’ skor permezz ta’ Denzel Dumfries u Xavi Simons.

Meta kollox deher li l-partita kienet se tintemm fi draw ta’ 1-1 kien is-sostitut Wout Weghorst li b’konlużjoni mill-viċin għamel l-iskor 2-1.