Lokali

“Hemm bżonn bidla fil-mentalità” – Robert Abela

“Hemm min hu ddiżappuntat.”

Hekk ammetta l-Membru Parlamentari Ewropew, Thomas Bajada, waqt diskors li għamel il-Ħadd filgħodu f’Bormla, ftit jiem wara li tħabbar kif il-Partit Nazzjonalista kiseb maġġoranza ta’ kunsilliera f’sitt lokalitajiet ġodda u kiseb ukoll maġġoranza relattiva f’ Birkirkara u fil-Mellieħa – riżultat li, fi kliem Thomas Bajada stess, ħalla ħafna Laburisti diżappuntati.

Minn naħa tiegħu, Robert Abela, wara li għamel kampanja jitlob għal mandatt b’saħtu u jitkarrab għal fiduċja, spiċċa jgħid li hemm bżonn bidla fil-mentalità tiegħu.

B’din l-istess bidla, Abela saħaq li għandha ssir ukoll fil-membri kollha tal-kabinett u tal-Partit Laburista.

U wara li f’temp ta’ ħames snin, fl-elezzjonjiet tal-Kunsilli, id-distakk niżel b’27,000, Abela qal li għandu bżonn jitħadded u jirrifleti.

Intant, Robert Abela spiċċa jhedded li dawk li ma vvutawx huma responsabbli għal dak li se jħallu lil uliedhom fil-futur.