Futbol Sport

It-toroq ta’ Hamburg miżbugħa Oranġjo

Qabel il-partita bejn l-Olanda u l-Polonja spikka l-kulur Oranġjo, kulur sinonimu mal-partitarji Olandiżi hekk kif aktar minn 30,000 partitarju għamlu l-vjaġġ tagħhom biex jagħtu s-sapport lill-plejers Olandiżi.

Sfortunatament iċ-ċelebrazzjonijiet qabel il-partita kienu mtappna bl-inċident tal-persuna li kienet armata b’mannara. Bosta partitarji kienu libsin kostumi u flokkijiet ta’ plejers rinomati mat-tim Olandiż fosthom Denis Bergkamp, Ruud Gullit u Marco van Basten.

Qabel il-partita il-captain Virgil Van Dijk qal, li l-partitarji Olandiżi huma l-aqwa partitarji hekk kif jivvjaġġaw madwar id-dinja sabiex isegwu t-tim ta’ pajjiżhom.

Spikkat ukoll id-double decker li vjaġġat minn Sheffield fl-Ingilterra għat-toroq ta’ Sao Paolo fil-Brażil fejn fiha kien hemm aktar minn 50 partitarju Olandiż.