Serbja……………………0
Ingilterra………………1
Serbja: P. Rajkovic, S. Pavlovic, N. Milenkovic, M. Veljkovic, F. Kostic (F. Mladenovic 43′), N. Gudelj (I.Ilic 46′), S. Lukic (L. Jovic 61′), A. Zivkovic, S. Milinkovic-Savic, D. Vlahovic, A. Mitrovic (D. Tadic 61′)
Ingilterra: J. Pickford, K. Trippier, M. Guehi, J. Stones, K. Walker, D. Rice, T. Alexander-Arnold (C. Gallagher 69′), P. Foden, J. Bellingham (K. Mainoo 86′), B. Saka (J. Bowen 76′), H. Kane
Imwissi: N. Gudelj 39′ (S)
Skorjaw: J. Bellingham 13′ (I)
Referee: Daniele Orsato (Italja)
It-tim imexxi minn Gareth Southgate, żamm mal-aspettattiva u beda l-EURO 2024 b’rebħa minima ta’ 1-o kontra s-Serbja. Minkejja problemi fid-difiża t-tim Ingliż irnexxielu jiddefendi b’mod kumpatt u jimminima d-dannu mill-attakkant Serbi, Dusan Vlahovic u Aleksandr Mitorvic.
Bidu mill-aqwa għat-tim Ingliż meta biss wara 13-il minuta kien cross ta’ Bukayo Saka li sab lil Jude Bellingham żmarkat fil-kaxxa li bdaqqa ta’ ras tajba għamilhom 1-0. L-kowċ Ingliż beda lid-difensur laterali Trent Alexander-Arnold f’nofs il-ground flimkien ma’ Declan Rice.
It-tim Ingliż deher li naqqas xi ftit mill-intensità fit-tieni taqsima u kien save mill-aqwa tal-goalkeeper Jordan Pickford li lejn it-tmiem ċaħħad lil Dusan Vlahovic milli jġib l-iskor indaqs.
Harry Kane kien viċin li jagħmilhom 2-0 iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu kienet mdawra f’corner minn Rajkovic. It-tim Ingliż irid itejjeb il-prestazzjoni tiegħu hekk kif nhar il-Ħamis jilgħab kontra d-Danimarka.
//= $special ?>