Il-plejer Spanjol ta’ 16-il sena Lamine Yamal kiteb l-istorja meta sar l-iżgħar plejer li lagħab fil-Kampjonati Ewropej hekk kif kien protagonistà fir-rebħa li Spanja kisbet kontra l-Kroazja.
Yamal lagħab kontra Luka Modric li ironikament għandu 38 sena, u meta twieled Yamal kien diġa lagħab 14-il darba mal-Kroazja. Yamal għen lil Spanja jiftħu l-iskor u kien ukoll involut fit-tielet gowl. Hu diġa lagħab 51 darba mat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu fejn skorja seba’ gowls.
//= $special ?>