“Jien ma stajtx nibqa’ hemm.”
Kienet din ir-raġuni li ta l-eks Sindku Laburista, Conrad Borg Manche dwar l-għażla li ma jikkontestax mal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.
Waqt programm fuq RTK103, Borg Manche spiċċa jgħid pubblikament li kien hemm minn prova jixtrih.
Dan b’referenza għal kwistjoni li kienet inqalgħat fil-Gżira fejn l-Kunsill Lokali tal-Ġżira dak iż-żmien immexxi minnu stess kien appella d-deċiżjoni li ħarġet mill-Awtorità tal-Artijiet; deċiżjoni li kienet se tbiddel ġnien pubbliku f’pompa tal-petrol.
Intant, l-eks Sindku Laburista spiċċa jikxef kif hemm ħafna Labursiti imweġġgħin.
Borg Manche qal ukoll li l-Partit li hu kien jagħmel minnu sar partit kapitalista li ma jismax lin-nies.
Huwa qal li l-Partit Laburista spiċċa jħarref u jgħid li Borg Manche huwa kontra d-drittijiet ċivili.
//= $special ?>