“Nemmnu li pajjiżna għandu bżonn il-bidla u l-Partit Nazzjonalista jista’ jkun dik il-bidla.”
Kien dan li qal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino f’mass rally li saret quddiem id-Dar Ċentrali fl-għeluq tal-kampanja elettorali tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Michael Piccinino qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ miftuħ għal kull individwu. Kien hawnhekk fejn ħeġġeġ biex kull persuna tissieħeb mal-Partit Nazzjonalista.
Fakkar kif il-Partit Laburista ma ddejjaq xejn jisraq il-miljuni ta’ ewro minn ħalq il-poplu Malti u Għawdxi fit-tmexxija ta’ pajjiżna.
Huwa rringrazzja lil dawk kollha li fl-aħħar ġimgħat, xhur u snin wettqu ħidma ma taqta’ xejn favur il-Partit Nazzjonalista għall-ġid ta’ pajjiżna u l-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>