Sewwieq ta’ mutur ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ qed jissielet għal ħajtu wara ħabta li seħħet ma’ karozza għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Burmarrad.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi li kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni, karozza misjuq minn raġel ta’ 31 sena residenti l-Mosta u mutur misjuq minn raġel ta’ 57 sena u residenti Ħaż-Żebbuġ.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>